Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ġiet akkużata li sgwidat lill-Parlament hekk kif ġie ppubblikat l-avviż legali b’rabta mal-ftehim ta’ Brexit. Ftit wara, il-Partit Nazzjonali Skoċċiż, l-SNP, qal li l-Prim Ministru ħbiet il-fatti.
Min-naħa tagħha, il-Prim Ministru qalet li ż-żewġ dokumenti kienu konsistenti u l-pożizzjoni kienet ċara.
F’ittra ta’ sitt paġni, l-avukat ġenerali Geoffrey Cox qal li bl-arranġament mal-Unjoni Ewropea, r-Renju Unit mhux se jkun jista’ “legalment joħroġ” mill-arranġament mingħajr ftehim politiku sussegwenti.