Il-Klabb Kotba Maltin għadu kemm ippubblika l-ktieb “Iljieli bla rqad u rakkonti qosra oħra” ta’ Sergio Grech.
Din hi l-ewwel ġabra ta’ stejjer qosra ta’ Grech, li tesplora l-bniedem fis-sens wiesgħa.
L-istejjer huma dwar bnedmin li ħafna drabi huma mimlija dubji u inċertezzi f’ħajjithom.
Il-protagonisti f’din il-ġabra aktarx huma l-emarġenati u dawk li rarament jitilgħu rebbieħa fuq il-palk tal-ħajja. Fil-kitba tinħass ukoll l-għajta għall-ġustizzja soċjali.
Uħud mill-istejjer għandhom sfond storiku u jevalwaw lil Malta li jaf Grech.