Publius Said, l-anzjan ta’ 73 sena li s-Sibt tressaq il-Qorti akkużat b’tixrid tal-pornografija tat-tfal, ippubblika filmat fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, li fih jidher tifel bil-parti privata tiegħu tidher.
Fil-fatt, sa ħamest ijiem qabel tressaq il-Qorti fuq dawn l-akkużi, l-imputat tella’ vidjow fuq Facebook, li fih jidher tifel żgħir f’post pubbliku jagħmel il-bżonnijiet tiegħu.
Malli t-tifel neża’ l-qalziet, l-akkużat jinstema’ jidħak u jħeġġu fl-isfond biex jagħmel il-bżonnijiet tiegħu barra waqt li hu kien qed jiġbed il-filmat, bil-partijiet privati taċ-ċkejken esposti fl-istess filmat.
L-anzjan tressaq il-Qorti s-Sibt u ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Fl-awla, huwa qal li l-midja soċjali hija ħajtu u beda jrodd is-slaleb meta ra l-akkużi li qed jiġi mixli bihom.
Huwa baqa’ jinżamm arrestat.