Aude Sophie Mirelle Defline u Charlotte Maria Massicard ta’ għoxrin sena minn Franza weħlu multa ta’ tmien mitt ewro kull wieħed wara li ppruvaw jitilqu minn Malta b’test falz tal-Covid-19.
Fil-Qorti ngħad li l-Ħadd il-linja tal-ajru ‘Turkish Airline’ infurmaw lill-awtoritajiet li t-tfajliet kienu qed jużaw test falz tal-Covid-19. Id-Difiża qalet ukoll li żewġ tfajliet Franċiżi huma studenti universitarji u ikkoperaw bis-sħiħ mal-pulizija u li ddispjaċiehom ta’ dak li għamlu.
Id-Difiża żiedet li huma issa għandhom test negattiv u li dak li għamlu għamluh għal xejn.