Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, Mohamed Ali Ahmed Massarati ta’ 31 sena u Mahmoud Mustafa Mohammed Aldabah ta’ 27 sena ġew akkużati li ppruvaw jagħmlu kuntatt ma’ xhud, u li ppruvaw iġiegħluh jibdel il-verżjoni tax-xhieda tiegħu, fi proċeduri kriminali fil-każ kontra Mohamed El Mushraty, magħruf bħala “Lilu King”.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wieħed mill-akkużati kien anki ħati ta’ ksur, darbtejn, tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Il-Qorti ċaħdet il-libertà proviżorja u għaldaqstant huma nżammu taħt arrest preventiv minħabba li qalet li mhux konvinta li l-akkużati ma jaħarbux mill-pajjiż f’każ li jingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Għaż-żewġ akkużati dehru l-avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran.