Brażiljan ta’ tlieta u tletin sena wieġeb ħati li ffalsifika test tal-Covid-19 biex jipprova jitlaq mill-pajjiż.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel ġie Malta biex jilgħab il-futbol ma’ klabb lokali wara li ffirma kuntratt, iżda meta wasal sar jaf li l-klabb m’għandux finanzi biżżejjed għall-ħlas, u allura ma kellu ebda raġuni biex jibqa’ f’pajjiżna.
Id-Difiża rrimarkat li l-imputat qatt ma xellef diffrejh mal-ġustizzja u kkopera mal-Pulizija, filwaqt li l-Prosekuzzjoni spjegat li dan it-tip ta’ reat qed isir komuni u jipperikola ħajjet diversi nies.
Ir-raġel ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin.