Matul il-ġurnata tal-Erbgħa persuna spiċċat l-għassa tan-Naxxar wara li marret il-Kunsill Lokali biex tħallas multa ta’ €23 b’borża muniti tal-1c, minħabba li pparkjat ħażin.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar appella għar-rispett lejn l-impjegati tal-Kunsill u fakkar kif dawk li jippruvaw idaħħku biex jeħlulhom il-ħin ikunu qed jaħlu ħin ta’ impjegati mħallsa mit-taxxi tal-poplu.