Ippromwovu d-dinjità ta’ kull persuna. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca meta ltaqgħet mal-konsli li jirrappreżentaw pajjiżi differenti fl-iskambju ta’ awgurju għas-sena l-ġdida.
Il-President irringrazzjathom tal-ħidma li għamlu tul is-sena 2016, li kienu ta’ vuċi għaċ-ċittadini li jirrappreżentaw. Fid-diskors tagħha, saħqet dwar l-importanza li l-Konsli jibnu sens ta’ fiduċja mal-pajjiżi li jirrappreżentaw u biex jibqgħu jaħdmu u jipproteġu d-drittijiet ta’ bosta f’mument fejn id-dinja qed taffaċċja sfidi kbar.
Qalet li l-ambjent ta’ popoliżmu jwassal għal nuqqas ta’ rispett u ksur ta’ drittijiet u li għalhekk il-konslu huwa vuċi importanti. Fl-isfond li pajjiżna bħalissa qiegħed fi tmum tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din hija opportunitá biex pajjiżna jibqa’ mpenjat f’dik li hija ħidma favur valuri demokratiċi.
Il-Konslu Onorarju, Godwin Benċini, rrimarka li s-sena 2016 kienet ta’ sfida u tefgħet dawl fuq l-importanza ta’ dan l-irwol aktar minn qatt qabel.