Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers, Vince Buhagiar, li jinsab mixli b’ħasil ta’ flus, frodi u korruzzjoni.
Fuq il-pedana tax-xhieda telgħet tixhed l-Ispettur Ann Marie Xuereb, qalet kif Keith Schembri kien qal lill-pulizija li Buhagiar kien espert fil-qasam tal-istampar.
L-Ispettur Xuereb qalet li kienet involuta fl-investigazzjoni fejn kien involut Keith Schembri.
Fuq il-pedana tax-xhieda telgħet tixhed ukoll Dr Claudette Fenech mir-Reġistru Malti tal-Kumpaniji, li qalet li kienet inkarigata li tiġbor lista tal-involviment ta’ Buhagiar f’diversi kumpaniji.
Telgħu jixhdu wkoll diversi kuntisabbli tal-pulizija li qalu x’sabu waqt it-tfittxija.
Fil-Qorti, Surġent tal-Pulizija ppreżenta 181 ritratt mill-binja tat-Times waqt li kienu qed jagħmlu t-tfittxijiet u l-oġġetti li ġew elevati mill-Pulizija.
Għal Vince Buhagiar dehret l-Avukat Veronique Dalli.