Kmieni waranofsinhar, id-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics Anna Calleja, flimkien ma’ erba’ atleti, ġew milqugħa mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.
Matul din iż-żjara ta’ kortesija l-Ispeaker ġie ppreżentat bil-ktieb uffiċjali Lkoll Speċjali liema ktieb ġie mniedi proprju għall-okkażjoni tal-Ispecial Olimpics li nżammu aktar kmieni din is-sena ġewwa pajjiżna.
L-Ispeaker faħħar l-impenn ta’ dawk kollha li pparteċipaw fl-Ispecial Olimpics filwaqt li faħħar lil dawk kollha li b’mod professjonali mexxew l-istess avveniment ġewwa pajjiżna fejn rajna kważi 1000 atleta minn diversi pajjiżi jipparteċipaw bi sħiħ. L-Ispeaker tenna li dan l-avveniment li nżamm ġewwa pajjiżna kien messaġġ ċar fejn rajna it-tema tal-inklużjoni verament fl-azzjoni.
L-Ispeaker irringrazzja lid-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics Anna Calleja tal-impenn u l-qlubija li dejjem uriet f’ħidmietha.