Taljana żagħżugħa ta’ 25 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tresqet il-Qorti akkużata li pprattikat il-professjoni medika mingħajr il-kundizzjonijiet neċessarji, u li biegħet prodotti mediċinali mingħajr liċenzja.
Dan wara li fil-Festival Lost and Found fil-Qawra għamlet tabirruħha li qed tbiegħ pilloli ecstasy u minflok kellha pilloli tal-awrina.
Il-Qorti m’akkużathiex bi traffikar tad-droga għax innotat li ma ppruvatx tbigħ droga llegali iżda droga legali b’mod illegali.
Hija nstabet ħatja tal-akkuża miġjuba kontriha u ngħatat il-libertà kkundizzjonata filwaqt li ġiet immultata elfejn u tliet mitt ewro.