Waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni organizzata fl-Esplora, numru ta’ nies u għaqdiet ġew ippremjati għall-kontribut tagħhom fil-promozzjoni tal-edukazzjoni STEM.
Ir-rebbieħa tan-National STEM Awards 2023 huma:
STEM Award 1 – Għalliema tal-Primarja – Ms. Elaine Gauci
STEM Award 2 – Għalliema tas-Sekondarja – Ms. Marissa Banavage
STEM Award 3 – Non-Formal STEM Educator – Ms. Danielle Martine Farrugia
STEM Award 4 – Proġett fil-Komunità STEM – GLOBE Malta
STEM Award 5 – Proġett STEAM – IEEE Region 8 Robot Championship Malta 2022
STEM Award 6 – Engaged Researcher – Dr. Inġ. Bonnie Attard
STEM Award 7 – Lifetime Contribution – Prof. Pauline Galea
Is-Senior Director tal-Esplora, Olf McKay qal li din is-serata tonora l-isforzi ta’ ħafna li taw kontribut għall-iżvilupp tal-iSTEM. Huwa żied jgħid li l-impenn ta’ Esplora jibqa’ dak li jitqajjem kuxjenza dwar l-isbuħija tas-suġġetti STEM.
Tkellem ukoll ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Prof. Alfred J Vella li qal li iktar ż-żgħażagħ għandhom jersqu lejn l-istudju tax-xjenza mhux biss għaliex l-ambjenti fid-djar tagħna u fil-postijiet tax-xogħol u tad-divertiment huma dejjem iżjed influwenzati mix-xjenza u mit-teknoloġija, imma anke għaliex ix-xjenza tippermetti li l-kisbiet ta’ għada jmorru lil hinn minn dak li naħsbu llum.
Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni STEM fil-komunità u qal li dawn l-individwi u l-għaqdiet li qegħdin jiġu ppremjati f’din is-serata għandhom iservu ta’ eżempju għal oħrajn biex ikomplu jippromwovu din l-edukazzjoni fis-soċjetà.