Anna Grech hija r-rebbieħa tal-premju voluntiera fl-edukazzjoni adulta. Anna tagħmel ħafna xogħol ta’ volontarjat u bosta drati sservi ta’ pont ta’ solidarjetà bejn ġenerazzjoniijiet differenti speċjalment ma’ persuni li ma kellhomx l-opportunità li kellha hi fi ċkunitha biex titgħallem.
Anna kienet fost disa’ persuni fi tmien kategorija li ġew rikonoxxuti għall-ħidma tagħhom waqt it-tieni edizzjoni tal-EPALE Awards, attività li tittella’ mid-Direttorat għall-Kurrikulu u Tagħlim tul il-ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
F’kummenti ma’ ONE News, Anna esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal dan ir-rikonoxximent:
“Inħoss li ġejt apprezzata għax dawn affarijiet li inti tagħmilhom behind the scenes allura ħadd ma jkun jaf x’inti tagħmel. Kultant kienu jgħiduli “kif ma titħallasx?” Le, jien mhux biex nitħallas. Jiena nħoss li hemm xi ħaġa li nista nagħti”.
Hija qalet li bil-ħidma li qed issir qed tingħata opprtunità lil min ma kellux li jitgħallem:
“Ħafna drabi qed ikollna unaccompanied minors li jgħiduli Anna qatt ma żammejt lapes f’idejja. Dik kienet illum hassejt li tat sodisfazzjon”.
Qalet li minkejja rikonoxximent li ngħatat hemm ħafna oħrajn li jagħmlu xogħol volontarju f’diversi oqsma u li x-xogħol li jagħmlu b’tant dedikazzjoni, ma jidhirx.
“Jien m’iniex waħdi, jiġifieri hemm ħafna voluntiera li jagħmlu ħafna xogħol ħafna aħjar milli nagħmel jien. Jiena fil-ftit li stajt jiena għamiltu. Inħoss li tajt xi ħaġa u hemm ħafna li jagħmlu dan ix-xogħol li aħna ma nafux bihom”.
Is-Sinjura Grech temmet tgħid li permezz tal-ħidma li qed issir qed joħorġu fil-beraħ bosta talenti li kienu moħbija u tinstab grata li permezz ta’ dan il-proġett setgħet tgħin lil ħaddieħor.