Matul l-2025, pajjiżna se jippjana li jgħaddi leġiżlazzjoni biex issaħħaħ l-attrazzjoni ta’ pajjiżna fl-oqsma tal-kirjiet tal-ajruplani, kif ukoll il-Fintech u l-Intelliġenza Artifiċjali.
Qal dan il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fil-qari tal-Baġit għas-sena d-dieħla bit-tema ‘Pajjiż ta’ Kwalità’.
Hawn spjega li, tul is-sena li ġejja, il-Malta Financial Services Advisory Council u Finance Malta se jintensifikaw il-ħidma tagħhom biex jibdew terz tal-Istrateġija ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji.
B’hekk qed jiġi ppjanat li tgħaddi leġiżlazzjoni biex tkompli tissaħħaħ l-attrazzjoni ta’ Malta fl-oqsma tas-swieqi kapitali, il-pensjonijiet, il-finanzi sostenibbli, l-uffiċċji tal-familja, l-assigurazzjoni, il-kirjiet tal-ajruplani, il-Fintech u l-wealth management.