Hu mifhum li r-raġel li qed jinżamm arrestat b’rabta mal-attakki mdemmija fuq żewġ moskej fi New Zealand, ippjana u wettaq l-attakk mingħajr għajnuna mingħand terzi persuni. Brenton Tarrant, ta’ tmienja u għoxrin sena, ħasad il-miljuni wara li xandar l-attakk b’mod dirett.
Sigħat wara l-arrest tiegħu l-aggressur deher jagħmel mossi li juru li huwa jemmen li persuni li m’humiex ta’ karnaġġjon skur għandhom ikunu fit-tmexxija.
Ħamsin persuna tilfu ħajjithom f’dan l-attakk u ħamsin oħra għadhom jissieltu għal ħajjithom f’ dak li qed ikun deskritt bħala l-agħar attakk li qatt seħħ fi New Zealand.
Intant, il-Pulizija qed iżżomm tliet persuni oħra arrestati b’rabta ma’ dan l-attakk bħala prekawzjoni.