Għall-mass meeting tal-PN f’Għawdex li se jsir nhar it-Tlieta, partitarji Nazzjonalisti se jmorru lejn il-gżira Għawdxija b’vapur apposta.
Dan juri li anke fuq vapur, il-Partit ta’ Simon Busuttil huwa ipokrita dan wara li fetaħ attakk fuq il-Partit Laburista għaliex għall-attività tal-1 ta’ Mejju li tiċċelebra Jum il-Ħaddiem, sar vapur għal dawk l-Għawdxin li xtaqu jattendu din l-attività u jiċċelebraw festa pubblika.
Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu li vapur se jkun qed jgħabbi n-nies mill-Port il-Kbir qabel il-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista u se jkun qed jistennihom biex wara jinżlu minn Għawdex għal Malta.