Il-kumpanija APPLE introduċiet fis-suq iPhone aħmar. Din l-edizzjoni speċjal tal-mobajl se tkun qed tgħin biex jiżdied aktar għarfien dwar l-aids.
Apparti minn dan il-mobile, l-kumpanija Apple ħarġet ukoll verżjoni iżgħar tal-iPad pro filwaqt li waqfet il-produzzjoni tal-iPad Air. Wieħed jista’ jordna din il-verżjoni ħamra tal-iPhone mill-24 ta’ Marzu.
Din mhux l-ewwel darba, li l-kumpanija Apple ħarġet edizzjonijiet speċjali tal-prodotti tagħha bl-għan li jinġabru flus għall-mediċina għal pazjenti li għandhom l-AIDS.
Filfatt, għaxar snin ilu, l-kumpanija ħarġet verżjoni ħamra tal-iPod Nano flimkien mal-headphones Beats. Il-kumpanija ħarġet ukoll numru ta’ aċċessorji b’kulur aħmar.