Ajruplan tal-Airmalta li kien qed jopera it-titjira KM352 minn Malta għal Dusseldorf kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza. L-inżul kien wieħed normali. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kaptan u l-ekwipaġġ biex jassiguraw is-sigurta’ meħtieġa lill-passiġġieri. B’kollox kien hemm 125 passiġġier.
Jidher li l-ajruplan kellu xi hsara teknika. Saru l-arranġamenti neċċessarji u l-ajruplan diġa’ jinsab fuq titjira lejn Malta.