Ajruplan żgħir kellu nżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn jidher li kellu ħsara fil-parti ta’ taħt minn fejn joħorġu r-roti.
L-ajruplan japparti għall-Malta School of Flying.
Fuq il-post issejħu vetturi tat-tifi tan-nar.
Ħadd ma ndarab serjament.
Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li għall-ħabta tat-3.30 ajruplan żgħir kien involut f’inċident waqt l-inżul.
Ir-runway 23/05 ġiet sospiża temporanjament. Ma ġewx affettwati titjiriet oħra minħabba dan l-inċident.