Ajruplan kummerċjali li kellu abbord 43 persuna niżel b’emerġenza fl-ajruport ta’ Sudan t’Isfel. Dawk li kienu abbord qed iqisu li dan kien miraklu hekk kif minkejja li numru ta’ persuni weġġgħu ħafif, ħadd ma tielef ħajtu.
Dan l-ajruplan kellu problemi tekniċi minħabba l-maltemp, u fl-inżul tiegħu sofra minn aktar ħsarat hekk kif ġewnaħ tal-ajruplan ħabtet ma’ karozza u ħadet in-nar.
B’xorti tajba l-membri tal-ekwipaġġ irnexxielhom joħorġu lill-passiġġieri abbord. Għall-bidu l-awtoritajiet ma setgħux isibu numru ta’ passiġġieri hekk kif telqu minn fuq il-post.