- Minn jinvesti f’negozji żgħar u medji ġodda jingħata tax credit sa massimu ta’ kwart ta’ miljun ewro.
- Biex tonqos il-burokrazija, kumpaniji żgħir li jkunu għadhom kif jibdew m’għandhomx għalfejn jagħmlu audit finanzjarju.
Dawn kienu tnejn mill-miżuri mħabbra waqt il-qari tal-baġit għall-2017, li jinkludi numru ta’ inizjattivi maħsuba biex ikattru l-investiment.
Il-Gvern se jinvesti €30 miljun f’Bank ta’ Żvilupp li se jkollu kapital awtorizza ta’ €200 miljun.
Mill-fond strateġiku ta’ investiment, grazzi għall-miljuni ta’ ewro li daħlu mill-programm ta’ ċittadianza b’investiment, se jkunu investiti miljuni ta’ ewro f’diversi oqsma.
Se ssir reviżjoni li biha persuni bi dħul minn dividends jiffrankaw bejniethom maż-żewġ miljun ewro.
Wara li sar memorandum of understanding bejn il-Gvern u l-kumpanija Huawei, se jsir ċentru konġunt ta’ innovazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Huawei għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-informatika.