Mara li allegatament tat daqqiet ta’ sikkina nżammet arrestata wara li sostniet li hija kienet aġixxiet biss biex tiddefenfi ruħha.
Desislava Maksimova, Bulgara ta’ 49 sena wieġbet mhux ħatja li l-Ħadd li għadda tat daqqiet ta’ sikkina lis-sieħeb tagħha mingħajr l-intenzjoni li tpoġġilu ħajtu fil-periklu.
Fil-qorti ngħad li l-koppja kienet ilha tħabbet wiċċha ma’ problemi fir-relazzjoni tagħhom bid-difiża ssostni li Maksimova ippruvat tiddefendi ruħha kontra s-sieħeb tagħha li ħebb għaliha.