Sean Farrugia ta’ 30 sena minn Birkirkara nżamm arrestat wara li fis-6 ta’ Jannar seraq €65 minn lukanda li tinsab il-Gżira u oġġetti oħra li għandhom valur ta’ aktar minn €2,000. Huwa kien akkużat li għamel dan bil-vjolenza.
L-akkużat instab ħati ukoll li l-Ġimgħa wettaq seraq €420 minn stabbilment li jinsab fil-Gżira.
Farrugia nstab ħati wkoll li kien kien qed iġorr fuqu strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr permess, li hu riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.