Borivoj Stankovic ta’ 34 sena mill-Kroazja iżda residenti r-Rabat inżamm arrestat wara li kien akkużat li darab ħafif lil Imanishimwe Olive waqt argument fir-residenza tiegħu, f’każ ta’ vjolenza domestika.
L-Ispettur Stacy Attard xliet lill-imputat ukoll li ħebb fuq il-vittma sabiex jinġurja, jidejjaq jew jagħmel ħsara lilha u li kien riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madanakollu l-Qorti ma laqgħet it-talba u l-imputat baqa’ jinżamm arrestat.