Raġel ta’ 54 sena spiċċa arrestat wara li hedded li jieħu l-liġi b’idejh jekk ikun illiberat wara li hedded li joqtol lil martu u l-bintu.
Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar, deher quddiem il-qorti wara li darab u hedded li joqtol lil martu u l-bintu ta’ tlettax il-sena u hedded ħames Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni qalet fl-istqarrija li tagħhom l-akkużat qal il-kliem “Jekk jilliberawni, nagħmel waħda minn tiegħi” – kliem li wassal biex il-Qorti ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.