Kalkariż ta’ 23 sena nżamm arrestat wara li seraq żewġ anzjani. Gilmore Grima ġie mixli fit-tnax ta’ Ottubru li għadda seraq ġiżirina minn anzjana ta’ 65 sena f’Ħal Tarxien u erba’ t’ijiem wara seraq xi oġġetti minn anzjana ta’ 69 sena mill-Kalkara.
Fil-Qorti ntqal kif Grima huwa riċediv u l-Maġistrat Joe Mifsud iddikjara li huwa ma jittollerax il-vjolenza fuq l-anzjani.
Il-Qorti tat permess lir-raġel sabiex imur ħdejn ibnu l-isptar hekk kif jgħaddi minn operazzjoni u appellatlu biex ibiddel ħajtu anki b’rispett lejn ibnu.