Danyal Qadar Dad Tadar, Malti-Pakistani ta’ 40 sena minn Tas-Sliema nżamm arrestat wara li allegatament ffalsifika dokumenti u froda aktar minn €60,000 lill-Gvern Malti minn benefiċċji soċjali.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Omar Zammit u Geoffrey Cutajar ntqal kif l-imputat allegatament iffalsifika dokumenti biex bihom seta’ jġib iċ-ċittadinanza Maltija.
Id-difiża mmexxija minn Dr. Roberto Montalto talbet sabiex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni talbet sabiex l-assi tal-imputat jiġu friżati, b’din l-aħħar talba ġiet milqugħa mill-Qorti.
Tadar wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.