Roderick Micallef ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li attakka żewġ pulizija li intervjenew waqt ġlieda f’party tal-aħħar tas-sena f’Ħal Far.
Fil-Qorti ġie spjegat li r-raġel kompla jkun vjolenti anki waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija.
Micallef wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.