B’reazzjoni għar-riżultat tal-elezzjoni tas-Sibt, Chris Fearne li kien il-kandidat l-ieħor li kkontesta l-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista rringrazzja lill-eluf ta’ Laburisti li vvutawlu u wrew fiduċja fih. Permezz ta’ tweet huwa wiegħed ukoll il-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista u l-valuri tiegħu.