Il-Forum Żgħażagħ Laburista jinnota l-vandaliżmu fuq banners tiegħu li twaħħlu fl-aħħar jiem bit-tema Proud of My Politics.
L-azzjoni li saret minn l-istesss grupp ta’ nies li ilhom iħaddnu politika ta’ konfrontazzjoni u provokazzjoni hija prova mill-iktar ċara tal-bżonn tal-kampanja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Fejn irridu nemfasizzaw l-ideat u mhux il-konfront biex naġixxu b’rispett fil-konfront ta’ xulxin.
Għal kull provokazzjoni rridu nwieġbu bi kburija b’dak li nistgħu ngħamlu għall-pajjiż.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.