Rapporti fl-Istati Uniti qed jindikaw li l-Iran jista’ jkun kien qed jippjanna xi forma ta’ attakk bħala tpattija għall-qtil tal-ġeneral Qasem Soleimani f’Jannar li għadda.
Dan qalu l-President Donald Trump fi tweet, fejn qal ukoll li kwalunkwe attakk fuq l-Istati Uniti se jwassal f’attakk ‘daqs elf darba akbar’ fuq l-Iran.
Qasem Soleimani, li kien imexxi l-għaqda rivoluzzjonarja Iżlamika fl-Iran, fi kliem Trump kien qed jippjana attakk fuq l-Istati Uniti fil-futur qrib, u kien il-moħħ wara attakki oħra li qatlu bosta suldati Amerikani.