Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded li jwaddab uffiċjali korotti minn helikopter għal isfel.
Il-mexxej li huwa magħruf għal kummenti xejn kumplimentużi tiegħu saħaq li diġa għamel dan qabel.
Duterte qal dan meta kien qed isellem il-vittmi ta’ tifun li ġara dan l-aħħar fil-pajjiż.
Huwa saħaq li qed jagħmel gwerra kontra l-koruzzjoni u t-traffikar tad-droga li fniet il-pajjiż.
Aktar qabel Duterte qal li meta kien sindku ta’ Davao huwa qatel persuni suspettati b’reati kriminali.