“Li tmur ix-xogħol bir-rota jista’ jġib miegħu vantaġġi kbar, għalik u għal ta’ madwarek” – tema tal-kampanja Bike2Work imnedija llum.
Maltin u Għawdin huma mistiedna jmorru x-xogħol bir-rota bejn is-17 u t-30 ta’ Ottubru.
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament, intqal li dan il-metodu faċli ta’ vjaġġar iwassal għal ambjent ferm aħjar.
Bir-rota wieħed jiffranka t-traffiku, inaqqas l-ammont ta’ karozzi fit-triq, jagħmel eżerċizzju fiżiku u jekk jirreġistra fuq is-sit wwww.bike2workmalta.eu, ikollu opportunità jirbaħ rota wkoll.
Dawk li qed imexxu l-kampanja enfasizzaw li kull min jagħmel użu tat-triq, għandu jagħmel dan b’rispett lejn ir-regoli tat-triq u lejn nies oħra.