L-elf, sitt mija, sitta u sebgħin uffiċjal mill-forzi tal-ordni, li assiguraw is-sigurtà tal-pajjiż matul il-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, li sar f’pajjiżna l-ġimgħa l-oħra, se jkunu qed jitħallsu kumpens ta’ kważi nofs miljun għax-xogħol impekkabbli li wettqu.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn qal li dan hu r-ringrazzjament bil-fatti lil dawn l-uffiċjali, li jinkludu l-korpi dixxiplinati, tal-LESA u s-Servizzi tad-Detenzjoni.
Camilleri tenna li Gvern Soċjalista qed juri kemm hu differenti minn Gvernijiet Nazzjonalisti, li kienu jibgħatu lill-istess ħaddiema jaħdmu u ma jħallsuhomx jew iħallsuhom snin wara b’rati miżeri.