Fl-2017, Malta Enterprise approvat 128 proġett li jinkludu proġetti ġodda jew ta’ espansjoni, ġejjin minn investituri barranin jew investituri lokali.
Minn dawn, 33 huma proġetti ġodda f’ pajjiżna, u 95 huma proġetti ta’ espansjoni. Filwaqt li minnhom, 14-il investitur internazzjonali se jinvesti f’Malta, u 83 investitur lokali se jagħmel espansjoni fil-kumpanija tiegħu.
Investimenti minn investituri li fit-tliet snin li ġejjin se jħallu €249.2 miljun fl-ekonomija Maltija, se joħolqu wkoll 2,251 post tax-xogħol gdid f’pajjiżna.
Dan ħareġ fir-rapport annwali tas-sena 2017 li ġie ipprezentat dalgħodu.