€90,000 għal jogging track f’Santa Luċija li kienet inawgurata llum mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius. Din tirrifletti l-viżjoni tal-Partit Laburista biex jiċċaqlaq in-nazzjon u jkollna ċittadini b’saħħithom
Iċ-Chairman ta’ Sportmalta, Luciano Busuttil qal li issa huwa importanti li fuq kollox din tibqa’ kif inhi u jsir manutenzjoni tagħha kif xieraq.
Chris Agius fakkar fl-importanza tal-eżerċizzju u anke li dak li jkun ikollu fejn jagħmel l-eżercizzju. Fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed issir il-European Week of Sport fejn ġie sostnut li inutli li jkollna l-faċilitajiet jekk ma nuzawhomx jew ma nieħdux ħsiebhom.
Fakkar ukoll li l-impenn ta’ Gvern Laburista, jekk jingħata fiduċja fl-elezzjoni ġenerali, se jkun li kull tifel u tifla taħt is-sittax-il sena se jkollu ċ-ċans li jagħmel xi sport kif ukoll se jkun żgurat li familji bi dħul baxx ma jħallsux għal pakketti sportivi rreġistrati ma’ Sport Malta.
Se ssir ukoll track simili fix-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar u spazju simili bejn il-Fgura u l-Kottonera.