B’investiment ta’ €9 miljuni mill-Fond Soċjali Ewropew, studenti li qegħdin forms 4 u 5 jew l-MCAST u li m’għandhomx School Leaving Certificate se jkunu qed jingħataw it-taħriġ meħtieġ biex huma ukoll jkunu jistgħu jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. B’kollox, 3,700 student, se jkunu qed jibbenefikaw mill-proġett, ‘Nurturing Learning Journeys at the MCAST Foundation Collection.
Bl-għan ewlieni ta’ dan il-proġett ikun li dawn l-istudenti jingħataw it-taħriġ neċċessarju biex ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex eventwalment ikunu ekonomikament indipendenti. Dan biex jiġi evitat li ‘l quddiem ikollna numru minnhom jgħixhom fuq il-benefiċċji soċjali, biex minflok jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan jimxi pari passu ma’ waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern – il-Mobilità Soċjali, biex kulħadd jingħata ċ-ċans li jirnexxi u jasal.
Dan se jkun qed isir permezz ta’ teknoloġija innovattiva kif ukoll ta’ taħriġ kontinwu lill-istudenti. Proġett li matulu l-għalliema se jkunu jistgħu jifhmu d-diffikultajiet ta’ kull student biex jingħataw taħriġ abbażi tal-bżonnijiet tagħhom b’użu ta’ riżorsi deskritti bħala state-of-the art.
Proġett li matulu l-għalliema se jkunu qed jagħmlu ukoll riċerka biex jiġu identifikati l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom studenti li huma soċjalment esklużi u dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Dan bl-għan li jiġi introdotti strutturi li jistgħu jipprovdu s-sapport immedjat lil dawn l-individwi.
Parti mill-proġett se jiffoka biex jiġi żviluppat kurrikulu gamified. Jiġifieri l-istudenti jkollhom ċans jitgħallmu permezz ta’ logħob u riżorsi interattivi li huma adegwati għal studenti li jkunu f’livell post-sekondarju. Bl-istudenti li se jkunu jistgħu jitgħallmu filwaqt li jieħdu pjaċir.
Matul dan il-proġett, l-MCAST se tkun qed tikkollabora ma numru ta’ entitajiet, li fost oħrajn jinkludu l-iskejjel, biex jiġu attrati aktar studenti biex isegwu edukazzjoni vokazzjonali. Fost oħrajn, dan il-proġett se jsir b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ St Thomas Moore, St Alber the Great, St Patrick’s Salesian u Aġenzija Żgħażagħ.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, saħaq li fi żmien ta’ prosperità huwa importanti aktar minn qatt qabel li naċċertaw li ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura jew li noħolqu inġustizzji soċjali ġodda. Huwa assigura li l-fondi Ewropej se jkunu qed jaslu għand dawk li huma soċjalment esklużi u dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li dan huwa progett importanti ferm ghal futur ta’ pajjizna. Huwa spjega li fil-prezent l-akbar sfida li ghandu pajjizna huwa li jsib bizejjed nies ghall-impjiegi u li ghalhekk dan il-progett se jkun qed jinghaqad ma’ kullana ta’ inizjattivi ohra biex aktar studenti jkunu preparati ghad-dinja tax-xoghol.