Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li saru fi Triq Santa Dminka fil-Belt Victoria b’investiment ta’ aktar minn €830,000.
Din it-triq saret kollha mill-ġdid wara li nbidlu s-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ, żdied water culvert sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar u ngħatat it-tarmak.
Il-ministru tenna li dan kollu hu parti mill-istrateġija li dan il-Gvern għandu għall-Belt Victoria sabiex numru ta’ triqat importanti jsiru mill-ġdid u jiġu indirizzati l-bottlenecks biex tittaffa l-problema tat-traffiku.
“L-għan aħħari huwa fuq kollox li jiġi eliminat it-traffiku miċ-ċentru tal-ibliet u l-irħula Għawdxin u jingħata lura aktar spazju lill-pubbliku,” temm jgħid il-Ministru Camilleri.