B’investiment ta’ madwar €800,000, sal-aħħar tas-sena d-dieħla, mal-25,000 resident ta’ Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, Ħal Luqa, Ħal Safi, il-Qrendi u l-Imqabba se jkunu jistgħu jirrikorru għaċ-ċentru tas-saħħa f’Ħal Kirkop.
Wara l-ħrug ta’ tender ftit tal-jiem ilu, bini fi Triq Danny Cremona se jkun mibdul f’ċentru tas-saħħa b’servizzi ta’ standards li joffru ċentri tas-saħħa oħra madwar Malta u Għawdex.
F’konferenza tal-ahbarijier fil-binja, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li dan iċ-ċentru se jibda joffri servizzi ta’ prevenzjoni – bħal lifestyle clinics u wellbaby clinic, kif ukoll kamra għat-trattamenti, b’servizzi ta’ tabib tal-familja.