Iktar investiment u riżultati pożittivi għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Dalgħodu tħabbar li se jkun qed isir investiment ta’ €70,000 biex b’hekk jinxtraw diffusers, apparat biex iwassal il-ħoss b’aktar ċarezza.
Dan l-apparat se jkun jista’ jinġarr minn sala għal oħra
F’konferenza tal-aħbarijiet, l-Orkestra ħabbret ukoll li se tkun sponsorjata mill-bank, Bank Of Valletta, fit-tliet snin li ġejjin, filwaqt li ħabbru wkoll li se jkunu qed jipparteċipaw f’teatru fi Vienna.