Kull min iżur iċ-Ċittadella f’Għawdex jista’ jesperjenza s-sit storiku bl-aqwa mod possibbli, permezz ta’ investiment f’apparat ġdid li jgħin ukoll lil dawk neqsin mis-smigħ u l-vista.
Ross Magri huwa d-Direttur Maniġerjali ta’ Sarner International, il-kumpanija wara l-kunċett ta’ dan l-apparat, li spjega kif jaħdem.
Huwa stqarr: “It allows people who are hard of hearing, they can use an induction loop, subtitles which are displayed on the screen in syncronisation with the show. We also have the option for people who are visually impaired. We describe the space so apart from seeing the show and hearing the voice from the voiceover of the show, you also hear the description of the space you’re in and what’s being displayed on the screen.”
Dan l-investiment ta’ sebgħin elf ewro sar b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, u l-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija u Informatika, li taw pariri tekniċi biex ikun assigurat li tintuża teknoloġija adekwata. Dan il-proġett ġie rikonoxxut minn kumpanija prominenti fil-Ġermanja, li ddeskriviet is-sistema bħala l-aktar waħda inklussiva fis-suq.
Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri spjega kif issa, kulħadd jista’ japprezza l-istorja taċ-Ċittadella.
Huwa qal, “U permezz ta’ din is-sistema l-ġdida se jkun hemm traduzzjoni sħiħa ta’ dak kollu li qed jiġri hawnhekk ġoċ-Ċentru tal-Viżitaturi bi tmien lingwi differenti sabiex dan iċ-ċentru jkun aċċessibbli għall-poplu kollu.”