B’ investiment ta’ €600,000 gie rrestawrat aktar minn 5,760 metru kwadru tal-Knisja tal-Ġiżwiti. Ix-xogħol ta’ restawr li sar kien fuq il-faċċata, kif ukoll il-bejt. Ix-xogħol relatat mal-bejt kien jinkludi l-koppla, il-kampnar, ħafna mill-bejt u l-kuppletti li kienu ddeterjorati ħafna.
Dan kien riżultat tal-effetti ambjentali kif ukoll l-inaċċessibiltà ta’ dawn iż-żoni, u nuqqas ta’ manutenzjoni. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-bdil ta’ ġebel, tikħil ta’ fili, konsolidament tal-ġebel iddeterjorat, bini mill-ġdid ta’ waħda mil-lanterni kif ukoll ir-restawr tad-deffun fuq xi partijiet tal-bejt u l-koppla. Sar ukoll restawr tal-faċċati li jagħtu fuq Triq Merkanti, Triq l-Arċisqof u Triq San Pawl.
Hawn kien jispikka l-ħmieġ li kien hemm mal-faċċati, li kien ilu jinġema’ ħafna snin. Kien hemm ukoll ħsara fil-ġebla u sinjali ta’ ċaqliq viċin il-kantuniera bejn Triq Merkanti u Triq l-Arċisqof. Sar monitoraġġ tal-konsenturi li kien hemm għal sena sħiħa biex jiġi żgurat li ma hemmx aktar ċaqliq f’din il-kantuniera. Dawn ix-xogħlijiet saru minn kuntratturi privati taħt is-superviżjoni tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Il-Ministru ghall-Kultura, Owen Bonnici, qal li din hija knisja li l-potenzjal taghha ghadu jrid jigi jesplorat. Filwaqt li sostna li din il-knisja hija wahda li tirrapprezenta l-istorja rikka ta’ pajjizna. Huwa fakkar li dan ir-restawr huwa parti minn kullana ta restawr li sar fost ohrajn fuq palazzi fil-kapitali Maltija bil-ghan li jittejjeb il-prodott komplut li joffri pajjiżna u jkompli jwassal għal stimolu ekonomiku ġdid fih.
Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentati għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista. Huwa qal li dan ir-restawr se jkompli jzewwaq il-palazzi kollha li hawn fil-belt. Min-naha tieghu c-chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, spjega kif din il-knisja kienet wahda fi stat ta’ telqa u li b’dan ir-restawr din il-meravilja fil-Belt Valletta se tkun tista titgawda izjed. B’ mod specjali matul din is-sena meta bosta qed jaghzlu lil pajjizna biex izuru l-Kapitali Ewropea tal-Kultura – il-Belt Valletta.
Ir-Rettur tal-Universita ta’ Malta, il-Professur Alfred J. Vella spjega kif ma’ din il-Knisja hemm dik imsejha bhala l-Universita antika u filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tieghu ghal dan ir-restawr stqarr li jixtieq li fis-snin li gejjin isir ukoll restawr ta’ gewwa tal-Knisja.