Il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg inawgura investiment ta’ sittin elf ewro f’xogħlijiet fiċ-Ċentru Ċiviku tar-Rabat.
Il-Ministru Ian Borg faħħar il-ħidma tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u qal kemm hu importanti li jkollna spazji ta’ kwalità għolja fejn il-komunitajiet ikunu jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.
Ix-xogħlijiet li saru kienu jinkludu tibjid ta’ bosta partijiet taċ-ċentru u tqegħid ta’ membrane fuq partijiet ġodda. Barra minn hekk, kien hemm investiment fis-sistemi tal-elettriku, flimkien ma’ installazzjoni ta’ lift.
Il-Ministru Borg sostna: “Infrastruttura tfisser ukoll illi permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi nkomplu ntejbu fejn jgħixu u jiltaqgħu il-komunitajiet f’dan il-każ, hawnhekk fiċ-Ċentru Ċiviku fir-Rabat illi huwa użat mhux biss mill-każin tal-futbol imma anki għandek il-librerija pubblika, il-girl guides u faċilitajiet oħra.”