F’żoni industrijali u fabbriki mxerrda madwar il-pajjiż qed jissokta l-investiment fis-settur tal-manifattura. Il-kumpanija Nylon knitting se tkun qed tibbenefika minn investiment ta’ sitt miljun ewro bil-għan li tibda tesporta l-prodotti tagħha direttament filwaqt li tkompli ssaħħaħ il-manifattura tal-prodotti tagħha f’pajjiżna.
Din l-aħbar issegwi dawk ta’ De La Rue u Crane Currency, fost oħrajn, li lkoll jikkonfermaw li s-settur tal-manifattura reġa’ sejjer tajjeb u jista’ jimpjega iktar nies.
Il-Prim Ministru ddeskriva li fl-aħħar snin numru ta’ kumpaniji tal-manifattura kienu f’pożizzjoni li jfittxu swieq ġodda. Il-kumpanija llum tbiegħ l-prodotti tagħha madwar id-dinja u involuta fil-produzzjoni ta’ drapp li jintuża f’applikazzjonijiet industrijali, kif ukoll bħala komponent fil-ħrieqi tat-trabi.