Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes żar ir-razzett tal-Gvern, fl-Għammieri fejn ra frott l-investiment ta’ €530,000 f’inġenji.
Dan l-investiment huwa l-ewwel wieħed minn wara s-snin sebgħin, hekk kif fi żmien meta l-Prim Ministru Mintoff kellu relazzjoni tajba ħafna ma Kuba, kienu inġiebu inġenji antiki minn dan il-pajjiż.
Dan l-investiment huwa parti minn investiment ieħor li flimkien jaqbżu l-miljun ewro f’inġenji li nsibu ukoll f’ċentru ieħor f’Ta Qali.
Fi kliem is-Segretarju Parlamentari, dan jawgura tajjeb hekk kif il-Gvern għandu pjanijiet li fil-manifest elettorali jerġa’ jintroduċi l-extension services, fejn bdiewa privati jkunu jistgħu jieħdu pariri miċ-ċentri tal-Gvern u b’hekk tingħata l-għajnuna mistħoqqa lil bdiew Maltin biex ikompli javvanzaw u joffru prodotti tal-ogħla kwalitá.