B’investiment ta’ €5 miljun fil-Biċċerija tal-Marsa għaddej investiment ma jaqta’ xejn sabiex jinbidlu l-faċilitajiet u l-apparat li jintuża għall-qatla tal-annimali.
Sa diġà nbidlet is-sistema tad-drenaġġ, is-sistema ta’ fejn jinġabar l-ilma tax-xita u s-sistema tal-arja kkundizzjonata.
Investiment li wassal biex pajjiżna jerġa’ jkun konformi mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li f’Jannar tal-2016, uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabu li fil-Biċċerija ma kienux qed jinżammu standards tal-ogħla kwalità. Kif spjega ċ-Chief Officer tal-Biċċerija, Emmanuel Schembri.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes tkellem dwar l-importanza tal-biċċerija għall-pajjizna u dwar il-bżonn li tibqa’ topera fl-aqwa kundizzjonijiet.