Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo inawgura fergħa ġdida fl-iskola primarja tal-Pietà b’investiment li jammonta għal €40,000.
Dawn ix-xogħolijiet jinkludu għadd ta’ klassijiet ġodda, fosthom waħda għat-tagħlim tal-mużika u oħra fejn l-istudenti se jkunu jistgħu jesprimu aktar ruħhom permezz tal-arti.
Dan l-investiment huwa wieħed min-numru ta’ proġetti ta’ manutenzjoni li l-Ministeru qiegħed imexxi. Fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru se jvara programm ta’ xogħolijiet ta’ manutenzjoni f’numru ta’ skejjel matul ix-xhur tas-sajf.