Bi €360,000 investiment, Ħad-Dingli u x-Xewkija Għawdex huma ż-żewġ lokalitajiet rebbieħa tal-premju A+ Accessibility Scheme.
Kienu disa’ l-Kunsilli Lokali li applikaw għal dan il-premju, bil-ħsieb ikun li l-lokalitajiet rebbieħa jkunu mudell u gwida għal lokalitajiet oħra.
Il-progett f’Ħad Dingli jara pjazza ferm iżjed aċċessibbli għal persuni b’dizabilita’ b’installazzjoni ta’ numru ta rampi u zebra crossing li twassal għall-knisja, fost oħrajn.
Dak fix-Xewkija jara installazzjoni ta’ lift fil-latrina pubblika; biex faċilitajiet pubbliċi fil-lokalita’ issa huma aktar aċċessibbli.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn Persuni b’Diżabilita Justyne Caruana mhux biss uriet is-sodisfazzjon għal dawn il-proġetti, iżda qalet ukoll li l-iskema li jmiss se tinfetaħ u tmur lil’hinn mill-Kunsilli Lokali.