Il-Vitals Global Healthcare u l-MCAST iffirmaw ftehim li se jara t-tnedija ta’ degree ġdid għall-infermiera b’kollaborazzjoni mal-Universitá ta’ Northumbria.
Dan id-degree se jkunu jistgħu isegwuh 30 student kull sena għal tliet snin, li jfisser li minn dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni se jkunu qed jibbenefikaw total ta’ 90 student. Vitals Global Healthcare investiet €2,000,000 biex l-Universitá Northumbria toffri dan il-kors għall-istudenti Maltin.
Kors li fi kliem il-Ministru Chris Fearne se jkun qed jgħin u jħeġġeġ aktar studenti biex jagħżlu l-linja tas-saħħa bħala karriera. Dan il-ftehim se jkun qed jintroduċi t-tieni skola tan-nursing f’Malta u jwassal għal iktar professjonisti tas-saħħa, li fi kliem il-Ministru huma fundamentali f’dan is-settur.