Il-Gvern ħabbar li se jkompli jinvesti fir-Residenza San Vinċenz b’nefqa ta’ €1.6 miljun biex jinqalgħu mill-ġdid il-Wards St. Francis 1 u 2.
Dawn huma l-aħħar żewġ wards tan-nisa li għadhom ma ġewx modernizzat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll li se jitlesta t-tieni sular tal-blokka tal-farmaċija u se jinxtara aktar apparat mediku favur iżjed kura ta’ kwalità.
Dan minbarra investiment ta’ €700,000 biex jinfetaħ t-therapeutic petting farm u ċentru ta’ rikreazzjoni fl-istess sptar, flimkien ma’ aktar kliniċi li jservu lir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul u anke n-nies li jgħixu fil-komunità.